F’messaġġ għal okkazzjoni tal-bidu tas-sajf il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) indirizzaw appell liż-żgħażagħ u l-adoloxxenti, kif ukoll lil dawk b’responsabbilta’ diretta lejhom, ġenituri, youth leaders u entitajiet privati u statali.
Fl-appell jingħad li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw paga xierqa u kundizzjonijiet rispettużi meta dawn isibu impjieg staġjonali li wisq aktarx tkun l-ewwel esperjenza fid-dinja tax-xogħol.
L-istess appell jisħaq fuq l-importanza tal-ħin flimkien bħala familja u jappella lill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ kif ukoll lil ġenituri sabiex dan il-ħin jingħata prijorita’.
L-appell jgħalaq billi filwaqt li jisħaq fuq l-importanza ta’ mistrieħ xieraq jesprimi tħassib dwar l-isfruttament taż-żgħażagħ, b’mod partikolari fil-konsum tal-alkoħol u d-droga.
//= $special ?>
