Internazzjonali

Il-Kabinett Spanjol f’laqgħat dwar il-miżuri kostituzzjonali wara l-abdikazzjoni tar-Re Juan Carlos

Wara li r-Re ta’ Spanja Juan Carlos ħabbar li se jabdika mit-Tron favur ibnu, il-Prinċep Felipe, il-Kabinett Spanjol beda jiltaqa’ biex jiddiskuti x’miżuri kostituzzjonali jridu jittieħdu b’rabta mas-suċċessjoni. Dan għaliex m’hemmx regolamenti fil-Kostituzzjoni Spanjola dwar is-suċċessjoni għat-Tron tal-pajjiż meta jabdika r-Re.

Ir-Re Juan Carlos kien ilu fil-kariga għal kważi 40 sena, minn tmiem ir-Reġim tad-dittatur Francisco Franco. Postu mistenni jieħdu l-Prinċep Felipe, li se jieħu t-titlu ta’ Re Felipe VI.