Alexander Shulgin magħruf bħala missier l-ecstasy miet fl-eta’ ta’ 88 sena b’kanċer fil-fwied. Shulgin jibqa’ mfakkar bħala l-bniedem li sab il-mod kif issir id-droga ecstasy billi wettaq testijiet bid-droga fuqu nnifsu.
Huwa beda l-istudju tiegħu fil-kimika fl-universita’ ta’ Harvard filwaqt li kiseb dottorat fil-biokimika mill-universita’ ta’ Kalifornia.
Qabel ipperfezzjona r-riċetta ta’ l-ecstasy Shulgin kien ilu kważi għaxar snin jaħdem fuq bosta drogi oħra, fejn dejjem uża lilu nnifsu sabiex iwettaq testijiet differenti.
Id-droga ecstasy hija waħda mill-aktar drogi popolari speċjalment ma’ dawk li jkunu jridu doża żejda ta’ enerġija. Hija ukoll droga li ħalliet bosta vittmi, b’ħafna ssostnu li l-akbar problema tad-droga ecstasy huwa l-fatt li rari wieħed issib ecstasy pura.
//= $special ?>