Fi Brasilia fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz, fil-Palazz Presidenzjali Planalto, Sepp Blatter, President tal-FIFA ippreżenta uffiċjalment it-trofew tat-Tazza tad-Dinja lil President tal-Brażil Dilma Rousseff .
Għal din iċ-ċerimonja li uffiċjalment tgħat bidu għall-attivitajiet uffiċjali tal-FIFA fil-Brażil kien hemm wkoll l-eks difensur tat-tim nazzjonali Cafu li kien l-aħħar captain tat-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2002 u li kien wkoll fit-tim rebbieh fl-Istati Uniti fl-1994
Filwaqt li bħalissa l-kontroversja qed taħkem il-Brażil, meta indirizza lil dawk preżenti, Sepp Blatter għamel referenza li s-suċċess tat-Tazza tad-Dinja jkun akbar jekk ikun hemm l-appoġġ u koperazzjoni kemm tal-pubbliku u wisq aktar tal-gvern ċentrali.
Dilma Rousseff – President tal-Brażil tenniet li matul il-ġranet li ġejjin il-pajjiż se jkompli jaħdem biex is-suċċess mixtieq jasal.
//= $special ?>

