Lokali

Jeans Day b’risq Puttinu Cares

Impjegati tal-Bank of Valletta nhar il-Ġimgħa li għadda ngħaqdu għal għan wieħed, dak li jiġbru l-flus għall-Maratona tal-Futbol u Volibol ta’ Puttinu Cares u dan billi ħadu sehem f’Jeans Day, ġurnata fejn minflok l-uniformi tas-soltu l-impjegati libsu l-jeans u fl-istess ħin taw kontribut b’risq l-Puttinu Cares. Anke l-klijenti li għamlu użu mis-servizzi tal-fergħat dakinhar taw kontribut b’risq il-kawża nobbli.

Iċ-ċermen tal-Bank of Valletta John Cassar White saħaq li wieħed ma’ jistax jispjega d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-familji kkoncernati. Saħaq li bi sforz kollettiv tista’ ssir id-differenza. Huwa tkellem ukoll dwar il-ħolqien tal-Fondazzjoni Marigold – BOV fil-Komunita’.

Il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volibol ser tibda nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju fil-grawnd tal-Marsa u tibqa’ sejra sat-8 ta’ Ġunju.