Internazzjonali

Jinħatar gvern ġdid Palestinjan

Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas mexxa ċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ Gvern ġdid ta’ għaqda nazzjonali li mistenni jwassal għat-tmiem tal-qasma bejn fazzjonijiet rivali f’Gaza u fix-Xatt tal-Punent.

Il-Fatah u l-Hamas kienu qed jiggvernaw separatament minn meta l-grupp militanti Hamas ħataf it-tmexxija ta’ Gaza fl-2007. L-Istati Uniti ddikjarat li lesta li taħdem mal-Gvern ġdid li pero’ qanqal diżappunt fl-Iżrael bil-gvern Iżraeljan jgħid li mhux lest li jitħaddet ma’ Gvern Palestinjan li hu magħmul mill-Hamas li għad għandu l-qerda tal-istat Lhudi bħala għan ewlieni tiegħu.

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu ħeġġeġ lil mexxeja tad-dinja sabiex ma’ jgħaġġlux fil-konfront tal-gvern ġdid Palestinjan li fih qed jieħdu sehem il-Hamas.