Stephen Xuereb inħatar Kap Eżekuttiv ġdid ta’ Valletta Cruise Port plc, l-operatur tal-Valletta Cruise Terminal u Valletta Waterfront.
Stephen Xuereb ilu fil-qalba tal-operat ta’ Valletta Cruise Port mill-bidu tal-kumpanija fl-2002, dak iż-żmien Viset Malta plc. Mill-2009 s’issa, Xuereb kien l-Ufficjal Finanzjarju Ewlieni u kien responsabbli għall-funzjoni finanzjarja u amministrattiva tal-grupp, fosthom il-proġett kapitali ta’ €37 miljun, kif ukoll responsabbli għall-iżvilupp tas-settur tal-cruise liners.
Stephen Xuereb hu Fellow taċ-Chartered Institute of Accountants, gradwat MBA u għandu aktar minn 20 sena esperjenza maniġerjali, 12 minnhom fl-industrija tal-cruise liners. Hu jieħu post John Portelli, li kien fil-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin.
//= $special ?>