Waqt żjara fil-Polonja, il-President Amerikan Barack Obama ħabbar pjan ta’ $1 biljun li bih se tiżdied il-preżenza Amerikana fl-Ewropa tal-Lvant u se jsir taħriġ konġunt mal-alleati tan-NATO fid-dawl tal-kriżi fl-Ukrajna. Wara l-Polonja, Obama se jżur ukoll Franza u l-Belġju, fejn se ssir il-laqgħa tas-seba’ pajjiżi l-aktar industrijalizzati (G7). Inizjalment, il-laqgħa tal-G7 kellha ssir f’Moska, iżda l-pajjiżi tal-Punent iddeċiedew li jibbojkottjaw dan is-Summit wara li l-Krimea ngħaqdet mar-Russja.
Sadanittant, fi Brussell, il-Ministri tad-Difiża tal-pajjiżi membri tan-NATO qed jiddiskutu x’azzjoni fit-tul tista’ tittieħed bi tweġiba għall-azzjonijiet tar-Russja fil-kriżi tal-Ukrajna. Fil-jiem li għaddew, l-Ambaxxatur Russu għan-NATO hedded li r-Russja se ttemm it-trattat ta’ koperazzjoni mal-alleanza. Kelliem għan-NATO qal li se jittieħdu deċiżjonijiet importanti li se jitressqu għall-approvazzjoni tas-Summit tal-Mexxejja tan-NATO, li se jsir f’Settembru li ġej fir-Renju Unit.
//= $special ?>

