Attakk mill-President tal-UEFA Michel Platini fuq il-media Ingliża wara li ġurnal Ingliż ippubblika aħbar li l-istess Platini għandu rabta mal-Qatar u l-għazla tagħhom għall-organizazzjoni tat-Tazza Tad-Dinja 2022 .
Il-ġurnal The Daily Telegraph xandar illi Platini kellu laqgħa ma’ Mohammed Bin Hammam , il-bniedem li kien wara l-ispekulazzjonijiet marbuta ma tixħim sabiex il-Qatar jingħata d-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja fl-2022.
Platini jista’ jkun il-bniedem li s-sena d-dieħla jisfida lil Sepp Blatter għal Presidenza tal-FIFA kien ħabbar uffiċjalment illi f’Diċembru 2010 kien ivvota favur li l-Qatar torganizza t-Tazza tad-Dinja.
Bin Hammam kien ġie sospiz fis-sena 2011 wara li kien inqabad li kkorrompa diversi membri meta kien kandidat għal Presidenza tal-FIFA
Il-Kummenti minn Platini waslu l-għada li l-FIFA wettqet reazzjoni għal dak li xxandar f’The Sunday Times fejn skond il-ġurnal Ingliż jeżistu emails, dokumenti u trasferimenti ta’ flus f’banek b’rabta mal-vot favur il-Qatar li kienet rebħet 14 – 8 kontra l-Istati uniti.
Bħalissa għaddejja wkoll investigazzjoni marbuta mat-Tazza tad-Dinja 2018 li se torganizza r-Russja fejn rapport tal-investigazzjoni se jkun imxandar waqt il-Kungress tal-FIFA f’Sao Paulo.
//= $special ?>

