Stħarriġ ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) juri li fil-perjodu bejn Ottubru 2013 u Marzu 2014 kienet reġistrata żieda ta’ 1.4% fil-bejgħ tar-ristoranti. Fl-istħarriġ ,li sar mill-kumpanija Deloitte, ħadu sehem 89 parteċipant, li f’termini ta’ dħul jammontaw flimkien għal aktar minn €37 miljun.
Ir-ristoranti fil-Belt baqgħu jirreġistraw żieda fil-bejgħ, filwaqt li r-ristoranti f’Tas-Sliema kellhom tnaqqis. Ir-ristoranti fiż-żoni turistiċi wkoll kellhom żieda fil-bejgħ matul dan il-perjodu. L-istħarriġ wera wkoll li, minkejja li kien hemm żieda fil-bejgħ għall-kategoriji kollha tar-ristoranti, l-akbar tkabbir kien reġistrat mir-ristoranti li kapaċi jakkomodaw anqas minn 100 klijent.
Dwar l-impjiegi fis-settur, l-istħarriġ wera li kien hemm żieda ta’ 1.4% fl-impjiegi full-time u żieda ta’ 1.1% fl-impjiegi part-time. Iż-żieda fil-pagi kienet waħda marġinali, fejn 57% tas-sidien tar-ristoranti ma rreġistraw ebda żieda fil-pagi.
Meta mistoqsija dwar il-perjodu tal-Milied li għadda, 62% qalu li rreġistraw riżultati konsistenti, għalkemm 88% tar-ristoranti fil-Mellieħa u 67% tar-ristoranti f’Għawdex irreġistraw żieda fil-bejgħ. Mill-istħarriġ irriżulta wkoll li 54% tas-sidien tal-lukandi u r-ristoranti rreġistraw senitment pożittiv.
//= $special ?>