Kultura Lokali Mużika

Suċċess għal żewġ kantanti Maltin fir-Rumanija

Shania Borg tifla ta’ 10 snin u Anhelica Pace ta’ 11 -il sena ipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-konkors internazzjonali tal-Kant “Stars Of Song” 2014 f’Mioveni ġewwa r-Rumania. Din l-opportunita ġiet mogħtija lilhom mid-direttriċi tal-konkors internazzjonali f’Malta “Singer Stage” Kaya magħrufa ukoll bħala Priscilla Psaila, li hija ukoll l-għalliema tal-vuċi tagħhom.

Il- konkors “Stars Of Song” kien imqassam fuq erba’ t’ijiem mid- 29 ta Mejju sa l-1 ta’ Ġunju.

Il-Ħamis 29 ta’ Mejju il kantanta ċkejkna Shania Borg kantat il-kanzunetta “It’s My Time”. F’din is-serata ħadu sehem il-kantanti ta’ kategorija A ta’ bejn 7 u 10 snin, 18 il-partiċipant b’kollox min pajjiżi differenti fl-Ewropa. Għal kemm għal Shania din kienet l-ewwel esperjenza tagħha barra minn pajjiżna hija rrnexxielha issaħħar lil ġurija bil-vuċi tagħha u kisbet it-tieni post.

Il-Ġimgħa 30 ta Mejju  kantaw il-kantanti ta’ kategorija B u C fejn Anhelica Pace kantat fil-kategorija B ta’ bejn 11-il sena u 14 -il sena. Hija kantat il-kanzunetta “The Voice Within”. Minkejja li kien hemm 21 parteċipant, u Pace kienet l-iżgħar kantanta f’din il-kategorija, xorta irrnexxielha toħroġ rebbieħa u kisbet it-tieni post. Dan kien it-tieni konkors Internazzjonali għal Anhelica f’din is-sena fejn f’Marzu li għadda Anhelica kisbet l-ewwel post ġewwa r-Russja fil-konkors “Little Stars”.

F’dan il-konkors kien hemm 10 ġurati minn pajjiżi. Fl-ewwel reazzjoni tagħhom Anhelica u Shania irringrazzjaw lil ħbieb, ġenituri tagħhom u l-għalliema Kaya għas-sapport kontinwu.