Edukazzjoni Lokali

Tibda l-ħidma tal-KSU l-ġdid

Il-bidu ta’ Ġunju ra l-bidu tal-ħidma tal-membri l-ġodda fil-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), immexxija mill-President Gayle Lynn Callus. Il-KSU l-ġdid beda l-ħidma tiegħu wara li l-għaqda tal-istudenti Studenti Demokristjani Maltin (SDM) rebħet l-elezzjoni universitarja f’April li għadda.

Fi stqarrija, il-membri l-ġodda tal-KSU qalu li huma ħerqana għal din is-sena ta’ ħidma fil-Kunsill. Il-KSU tnieda fl-1901 u hu l-aktar għaqda studenteska antika fl-Ewropea. Huma rringrazzjaw lill-predeċessuri tagħhom fil-KSU, filwaqt li esprimew it-tama li jaħdmu mill-qrib mal-entitajiet l-oħrajn li jeżistu fl-istituzzjonijiet tal-Università.

Min jixtieq isegwi l-ħidma tal-KSU jista’ jżur is-sit elettroniku www.ksu.org.mt jew il-Paġna tal-KSU fuq Facebook.