Lokali

Titfakkar sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Rise

Quddiem sitwazzjoni fejn il-kriminalita qegħda dejjem tiżdied u fejn bħalissa hemm 630 persuna fil-ħabs ta’ kordin, il-ħidma tal-Fondazzjoni Rise trid ukoll tikber biex il-perjodu ta’ priġunerija jservi bħala wieħed li fih il-priġunier jirriabilita’.

L-ewwel sena tal-Fondazzjoni Rise tfakkret b’attivita fin-Naxxar li fiha tnediet diska li tiffoka fuq ir-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Fr.Franco Fenech, Fundatur u membru fil-bord ta’ Rise tkellem dwar il-kisbiet li tagħmel is-soċjeta meta l-priġunieri jkunu riabilitati. Hu tkellem dwar l-importanza li fis-soċjeta ssir ġustizzja u mhux vendetta għaliex il-vendetta ma trodd xejn lura lis-soċjeta.

L-attivita kienet indirizzata wkoll minn Andrea Agius, mill-Victim Support Group li espriema appoġġ tal-vittmi għall-ħidma  li qed twettaq il-Fondazzjoni Rise għaliex minn dan qed tibbenefika s-soċjeta.

Fr.Franco Fenech tkellem dwar l-importanza li r-riabilitazzjoni twassal biex il-priġunieri ma jerġgħux jirrepetu l-iżbalji u darba jiskontaw is-sentenza, jirritornaw għall-ħajja normali bla perikli u għalihom u għas-soċjeta’.