Lokali

Aġġornata: Anzjan Irlandiż imut fl-Isptar wara li sab ruħu f’diffikulajiet waqt li kien qed jgħum Għajn Tuffieħa

Turist Irlandiż ta’ 65 sena tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jgħum fil-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa. Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta’ 12pm, meta jidher li t-turist ma setax jidħol lura fuq l-art minħabba l-baħar imqalleb.

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn xi persuni li kienu fil-viċinanzi u li ressquh lejn ir-ramel. Fil-post wasal ukoll ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, li wassal lill-Irlandiż l-Isptar Mater Dei, fejn ftit tal-minuti wara tilef il-ġlieda kontra l-mewt.

Fil-post marret ukoll Ambulanza b’tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lit-turist. Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

(Ritratt: mill-Arkivji)