It-Taliban xandar filmati li juru l-mumenti meta s-Sibt li għadda s-suldat Amerikan Bowe Bergdahl ingħata lura lill-Forzi Amerikani wara ħames snin miżmum ostaġġ fl-Afganistan.
Fil-filmat, twil 17-il minuta, jinstema’ wieħed mill-militanti jordna lis-suldat biex ma jerġax imur lejn l-Afghanistan għax darb’oħra ħadd ma jeħilsu. Bergdahl kien l-uniku suldat Amerikan li kien għadu f’idejn it-Taliban wara li nħataf fl-Afganistan.
Is-suldat Amerikan inħeles fi skambju ma’ ħames militanti tat-Taliban, li kienu miżmumin fil-bażi militari ta’ Guantanamo Bay f’Kuba.
//= $special ?>

