Internazzjonali

Obama jikkundanna l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna waqt laqgħa mal-President-elett Poroshenko

Il-President Amerikan Barack Obama, li jinsab fil-Polonja, iltaqa’ mal-President-elett tal-Ukrajna Petro Poroshenko. Obama kkundanna l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, hekk kif Poroshenko mistenni jinħatar uffiċjalment President tal-Ukrajna l-Ħadd li ġej.

Il-President Amerikan u diversi mexxejja oħra dinjija, fosthom il-President ta’ Malta, jinsabu f’Varsavja biex jiċċelebraw il-25 anniversarju minn tmiem il-Komuniżmu. It-taħditiet bejn Obama u Poroshenko ffukaw fuq il-possibbiltà ta’ għajnuna ekonomika mill-Amerika lill-Ukrajna.

Il-Gvern ta’ Kiev qed jissara biex iħallas kont pendenti tal-gass lill-kumpanija Russa Gazprom, li qed thedded li twaqqaf il-provvista tal-gass lill-Ukrajna jekk il-kont ma jitħallasx.