Il-Knisja f’Malta wieġbet għas-sejħa tal-Papa Franġisku biex l-Insara jingħaqdu fit-talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Dan hekk kif nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa Franġisku se jlaqqa’ lill-President Palestinjan Mahmoud Abbas u lill-President Iżraeljan Shimon Peres fil-Vatikan għal mument ta’ talb għall-paċi.
Din l-istedina twasslet direttament liż-żewġ mexxejja mill-Papa Franġisku, waqt iż-żjara li hu għamel fl-Art Imqaddsa bejn l-24 u s-26 ta’ Mejju 2014.
F’Malta waqt iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Pentecoste, jiġifieri nhar is-Sibt li ġej, se jsir talb għall-paċi. Din iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, li se titmexxa mill-Arċisqof, se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal :did u tibda fis-7.30 p.m.
L-Arċisqof Pawlu Cremona qed iħeġġeġ lill-Insara biex jingħaqdu wkoll fit-talb għall-paċi waqt l-adorazzjoni li ssir fil-parroċċi llum il-Ħamis.
Il-Knisja f’Malta qed tħeġġeġ ukoll lill-Insara biex f’dawn il-jiem, joffru t-talba tar-Rużarju li tingħad fil-familji u fil-knejjes, għal din l-intenzjoni tal-paċi.
//= $special ?>