Kultura Lokali

Akkwadott ikkulurit f’Santa Venera

Għada s-Sibt, il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera se jtella’ l-attivita’ Akkwadott Ikkulurit b’risq Puttinu Cares.

L-attivita’, li tibda fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija tinkludi numru kbir ta’ kantanti u żeffiena, il-parteċipazzjoni tal-iscouts tal-lokal kif ukoll wirja ta’ pjanti u fjuri.

B’hekk se titfakkar parti mill-istorja ta’ Santa Venera fejn fl-antik kienu jinżlu nies minn irħula oħra biex jixtru l-fjuri li kienu abbundanti f’Santa Venera. Se tingħata mportanza wkoll lill-Akkwadott li hemm f’dan il-lokal, sistema importanti biex jitwassal l-ilma mir-Rabat lejn l-inħawi tal-Belt.