Futbol Lokali Sport Sport Ieħor

Għada tibda edizzjoni oħra tal-Maratona b’risq Puttinu Cares

Tmiem din il-ġimgha se tittella’ edizzjoni oħra tal-Maratona ta’ Futbol u Volleyball b’risq Puttinu Cares, li se ssir fil-Marsa Sports Ground. Il-Maratona ta’ 60 siegħa tiftaħ b’Quddiesa għada fid-9am, li għaliha mistennija jattendu madwar 800 tifel u tifla minn skejjel differenti.

Il-kick-off tal-Maratona se jingħata fi tmiem il-Quddiesa mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, akkumpanjata minn tifel li qed jinghata l-kura għall-kanċer f’Rainbow Ward, biex il-Maratona tibqa’ għaddejja wkoll is-Sibt u l-Hadd.

Il-Maratona b’risq Puttinu Cares mistennija tinkludi wkoll numru ta’ attivitajiet ta’ divertiment, ewlieni fosthom kunċert mit-Tribute Band tal-U2 u Tina Turner, hekk kif il-Maratona ta’ dis-sena hi speċjali għax qed tiċċelebra l-10 anniversarju.

NET Television se jkun qed ixandar partijiet minn din il-Maratona bejn is-Sibt u l-Ħadd.