Sport

Halep u Sharapova u fil-finali

Simona Halep u Maria Sharapova għaddew għall-finali tal-Open ta’ Franza hekk kif għelbu lil Andrea Petkovic u lil Eugenie Bouchard rispettivament. Halep rebħet 6-2 7-6 (7-4) u issa t-tennista Rumena se tkun qed tilgħab għall-ewwel darba fil-finali ta’ Grand Slam.

Fis-semifinali l-oħra Sharapova rebħet 4-6, 7-5, 6-2 kontra l-Kanadi]a ta’ 20 sena f’ħin ta’ sagħtejn u nofs. Għal Sharapova din se tkun it-tielet darba konsekuttiva li se tkun qed tilgħab fil-finali tal-Open ta’ Franza. Din kienet it-tielet darba li Sharapova kellha tirkupra wara li tilfet l-ewwel set fil-logħbiet preċedenti kontra Sam Stosur u Garbine Muguruza.

Intant, illum jintlagħbu s-semifinali tal-ir;ie fejn iċ-champion Rafael Nadal jilgħab kontra Andy Murray u Novak Djokovic jiltaqa` kontra Ernests Gulbis.

Għal Gulbis din se tkun l-ewwel darba fil-karriera tiegħu li se jkun qed jilgħab f’semi finali ta’ Grand Slam wara li fil-kwarti tal-finali elimina lil Berdych.