Fogg Insurance Agencies Limited illum biddlet isimha għal Argus Insurance Agencies Limited, biex tkompli ssaħħah l-integrazzjoni mal-Grupp Argus. Bhala parti mill-Grupp Argus, il-kumpanija ghandha access ghat-talent tekniku u l-gharfien tal-industrija li huma sinonomi ma’ organizzazzjoni internazzjonali b’assi ta’ 1.9 biljun dollaru Amerikan.
L-inawgurazzjoni saret uffiċjalment fl-uffiċini f’Ta’ Xbiex fil-preżenza tal-Prim Ministri Joseph Muscat.
Vanessa Borg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Argus Insurance Agencies Limited qalet li l-organizzazzjoni ilha parti mill-familja Argus sa mill-2010. Din it-tranżizzjoni se tgħin biex toħloq iktar sens ta’ kburija għall-impjegati tal-kumpanija u tnissel rabta aktar mill-qrib mal-Grupp Argus.
“L-iżvilupp tal-prodott komplimentat ma’ servizz mill-aqwa ser ikunu l-qafas ta’ din il-pjattaforma l-ġdida tal-marka tagħna,” tenniet Borg.
Il-Kap Ezekuttiv ta’ Argus, Alison Hill, qalet li qed tħares ‘il quddiem biex tissaħħah r-relazzjoni ta’ Argus mal-kollegi u klijenti f’Malta. Hi sostniet li numru kbir ta’ klijenti ilhom snin twal jagħmlu negozju ma’ Argus u assigurat li Argus Insurance Agencies Limited se tkompli tilħaq l-aspettattivi tagħhom
//= $special ?>