Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan se jorganizza l-Festa ta’ Lapsi, attivita’ folkloristika li se ssir il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju fil-Bajja ta’ San Ġiljan bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u nofs il-lejl.
Din l-attivita’ tfakkar tradizzjoni li tmur lura sa żmien il-Kavallieri u qed issir propju fil-post fejn il-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann kien jorganizza festa għall-Kavallieri tiegħu u wara jqatta’ l-lejl fil-palazz tiegħu fl-istess lokalita’.
Il-promenade ta’ San Ġiljan u l-akkwati kollha se jkunu trasformati f’villaġġ folkloristiku b’artiġjanat Malti, u varjeta’ ta’ ikel bi prodotti lokali. Iż-żewġ baned prinċipali tal-lokal se jingħaqdu flimkien u se jtellgħu programm ta’ marċi brijużi.
//= $special ?>