Fil-Qorti Kostituzzjonali beda l-kontro-eżami mill-Avukat Tonio Azzopardi fil-konfront tal-Ispettur Louise Calleja. L-Ispettur Calleja kienet l-uffiċjal prosekutur fil-każ tal-missier li kien intbagħat sentejn ħabs fuq akkużi li abbuża minn bintu u li wara qed jirriżultaw li kienu foloz għaliex kienu vvintati mit-tifla fuq insistenza tal-omm.
Matul il-kontro-eżami, irriżulta li saru 25 rapport lill-pulizija fil-kontront tal-omm minħabba traskuraġni iżda l-Ispettur Calleja qalet li ma kienitx taf dwarhom ghaliex kienu f’idejn sezzjoni oħra tal-Pulizija.
Hi qalet li ddiskutiet ix-xhieda tat-tifla mal-Agenzija Appoġġ u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qabel ħarġet l-akkużi ta’ korruzzjoni ta’ minuri.
//= $special ?>

