Fi tmiem din il-ġimgħa, f’pajjiżna se jittella’ tournament tal-hockey għall-irġiel organizzat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Hockey u l-Qormi Hockey Club. It-tournament, li se jsir bejn għada u t-Tnejn, 9 ta’ Ġunju, jista’ jsir f’Malta wara li l-Federazzjoni Ewropea laqgħet it-talba tal-klabb Qormi.
Għal dan it-tournament se jipparteċipaw it-timijiet Maltin ta’ Ħal Qormi u l-Floriana Young Stars, kif ukoll il-klabb Fillandiż ta’ Seinajoki United, il-klabb Litwen ta’ Inta-Baltic-Champignons, il-klabb Ungeriż Olcote u l-klabb Norveġiż ta’ Kringsja. Matul l-erbat’ijiem fil-Kumpless Sportiv ta’ Kordin, se jkun hemm żewġ logħbiet kuljum: fl-4pm u fis-6pm.
Id-dħul għal-logħob kollu hu b’xejn, filwaqt li għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Qormi Hocky Club.
//= $special ?>