Il-memorji maż-żmien jibdew jintesew u jintilfu. Għalhekk hu xieraq li nieħdu ħsieb l-aspett storiku ta’ pajjiżna. Għal dan il-għan, il-Fondazzjoni V18 flimkien ma’ Heritage Malta niedew l-ewwel edizzjoni ta’ “Qatt ma ninsa” fil-Belt. Din l-attività se tittella’ l-Ħadd, 15 ta’ Ġunju fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
Il-proġett jinvolvi ġabra ta’ rakkonti b’rabta mal-baħar, fosthom tal-baħħara u s-sajjieda fil-Gżejjer Maltin, u b’mod speċjali fl-akwati tal-Port il-Kbir. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni V18 Jason Micallef qal li dan il-proġett hu essenzjali minħabba li f’pajjiżna hawn nuqqas ta’ arti martittima.
Min-naħa tagħhom, il-Kuratur tal-Mużew Marittimu Liam Gauci u ċ-Chairman ta’ Heritage Malta Joe Buttigieg spjegaw li din l-attività annwali, li ilha ssir għal disa’ snin, din is-sena se tkun differenti għax il-pubbliku se jkun involut direttament.
Għaldaqstant, sar appell lill-pubbliku biex jattendi u jġib miegħu biċċiet tal-arti u ritratti ħalli mhux biss jidħlu fl-atmosfera, iżda wkoll jingħataw spjegazzjoni tal-oġġett mill-esperti u l-istoriċi. B’hekk jiddahhal ukoll l-aspett edukattiv.
//= $special ?>

