L-awtoritajiet tas-Saħħa fir-Renju Unit qed jinvestigaw drip speċjalizzat tat-trabi wara li tarbija mietet u 14 oħra qed jingħataw il-kura minħabba avvelenament. Is-sidien tal-kumpanija li timmanifattura dan il-prodott, li skont l-ewwel stħarriġ deher li kien kontaminat, fi stqarrija qalu li qed jikkoperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet.
Fil-każi kollha kienu nvoluti trabi li twieldu b’mod prematur u kienu taħt osservazzjoni fid-Dipartiment tal-Kura Intensiva tat-Trabi f’sitt sptarijiet differenti.
//= $special ?>

