Fl-2011, l-eks sindku Laburista tar-Rabat Sandro Craus kien sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex juri kemm Vjal il-Ħaddiem tinsab fi stat ħażin.
Dakinhar Craus kien waħħal fil-Gvern Nazzjonalista u qal li Vjal il-Ħaddiem, li tinsab fi stat ħażin ħafna, taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali u mhux tal-kunsill immexxi minnu.
Imma sal-lum, minkejja li l-Gvern Laburista issa ilu iktar minn sena u xahrejn li ħa l-poter, u minkejja li Sandro Craus iddaħħal jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, f’din it-triq ma sar xejn anzi s-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar – bir-residenti urtati bl-aġir tal-eks Sindku Laburista.
Ara s-servizz sħiħ fil-filmat t’hawn fuq.
//= $special ?>