Lokali

Filmat: Titkellem it-tfla ta’ Emanuel Camilleri li nżamm il-ħabs bla ħtija

Waqt il-programm Xarabank, għall-ewwel darba tkellmet it-tifla ta’ Emanuel Camilleri, ir-raġel li nżamm madwar 400 jum il-habs bla ħtija.

It-tifla – li l-identita’ tagħha baqgħet anonima – qalet li ddispjaċiha ħafna ta’ li ġara u li tixtieq terġa’ tiltaqa’ miegħu u jerġghu jibdew jitkellmu.

Hi qalet li għal Jum il-Missier l-ikbar rigal li tista’ tirċievi huwa li tara lil missierha.

It-tifla qalet ukoll li jiddispjaċiha ħafna għall-ispettur Louise Calleja li mexxiet il-prosekuzzjoni kontra Camilleri li emmnitha sa mill-bidu.

Il-missier kien pubblikament ħafer lil bintu fil-qorti stess.

Bħalma wieħed kien jistenna, dan il-każ li ġibed l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir qanqal bosta sentimenti.