Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni kompliet biż-żjara tagħha fi Franza wara li fl-aħħar siegħat attendiet għal ċeremonji b’rabta ma’ D-DAY fin-Normandija, it-tifkira tas-70 anniversarju mill-invażjoni tal-alleati.
F’ikla statali, il-President Franċiż Francois Hollande ikkummenta dwar ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u Franza fejn saħaq li ż-żewġ pajjiżi huma bħal żewġt aħwa li jżommu għal qalbhom dak li jagħmilhom differenti, iżda li jingħaqdu fl-affarijiet l-aktar essenzjali.
//= $special ?>

