Matul il-ġurnata tas-Sibt se jkunu qed jinġabru prodotti b’risq il-Bosnia u l-Herzegovina wara l-għargħar li ħalla ħerba fil-pajjiż.
Il-ġbir ta’ ikel tal-landa, liżari u kutri, ħrieqi u ilma se jkun qed isir fil-Ħal Far Fire Station, maġenb il-korsa tad-‘drag racing’ fil-Marsa.
L-għan hu li jintbgħat kontejner bi provvisti f’dan il-pajjiż.
Jistgħu jingħataw ukoll donazzjonijiet f’dawn il-kontijiet:
HSBC: 078002391050
BOV: 40018758443
Il-ġbir qed isir ukoll f’kull stazzjon tal-Protezzjoni Ċivili madwar Malta.
//= $special ?>

