Ewropa Lokali

Ħames immigranti jitwasslu Malta għall-kura

[headlines headline=”h3″ ]103 salvati f’ħidma konġunta[/headlines]

Ħames immigranti irregolari twasslu Malta bl-ajru biex jingħataw assistenza medika urġenti wara li kienu salvati matul il-lejl li għadda.

Stqarrija tal-Forzi Armati ta’ Malta tgħid li 103 immigranti kienu salvati f’ħidma ta’ salvataġġ konġunta bejn bastimenti militari Taljani, Amerikani u Maltin kif ukoll vapuri tal-merkanzija li kienu fil-viċinanzi u ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-Patrol Boat P-51 salvat 103 immigranti, fosthom 13-il mara u tarbija wara li d-dinghy li kienu fuqu niżel u spiċċaw il-baħar.
Eventwalment kienu trasferiti abbord il-bastiment Amerikan USS Bataan u minn hemm, il-ħames immigranti – tliet irġiel, mara u tarbija – ittajjru lejn Malta u ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-ħidma ta’ tiftix u salvataġġ saret taħt id-direzzjoni taċ-ċentri tas-Salvataġġ u Kordinazzjoni ta’ Malta u l-Italja.