IKIDS 2014 hu proġett edukattiv li se jkun qed jingħata b’xejn fis-Sajf fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex grazzi għal inizjattiva min-naħa tal-kumpanija TCTC, li qed tikkordina u torganizza dan il-proġett flimkien mal-Gvern u ma’ diversi Kunsilli Lokali.
Iżda x’jinvolvi eżatt il-proġett IKIDS ?
Tagħlim permezz tal-informatika mifrux fuq suġġetti akkademiċi. Matul il-kors li se jdum madwar sitt ġimgħat, it-tfal se jkunu qed jagħmlu użu minn siti elettroniċi u programmi, għalhekk waqt li jkunu qed jitgħallmu se jkunu anke’ qed jilagħbu.
IKIDS se jinkludi wkoll proġetti li t-tfal iridu jagħmlu fuq temi differenti iżda dejjem ibbażati fuq il-lokal tagħhom u l-ambjent.
Għal dan il-kors li se jibda f’Lulju jistgħu japplikaw tfal li għandhom minn erba’ sa għaxar snin.
Għat-tnedija ta’ dan il-kors, minbarra s-Sindki, kunsillieri u diversi sponsors tal-proġett, attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, Stefan Buontempo, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u t-Tkabbir Ekonomiku Jose’ Herrera kif wkoll id-deputati Nazzjonalisti David Agius u Kristy Debono.
//= $special ?>