Internazzjonali

Il-Kosovo tħejji għal elezzjoni bikrija

Il-Kosovo qed iħejji għal elezzjoni bikrija nhar il-Ħadd li ġej, bil-Prim Ministru attwali Hashim Thaci jittama li r-rirżultat ikun favur tiegħu, u allura favur relazzjoni aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea.

Il-Kosovo ddikkjara l-Indipendenza mis-Serbja fl-2008, madanakollu dan ma ġiex rikonoxxut mis-Serbja.

Il-vot ta’ nhar il-Ħadd f’wieħed mill-aktar stati foqra fl-Ewropa, mistenni jibgħat sinjal favur relazzjoni aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea wara ftehim li sar fl-2013 u li wassal biex il-Kosovo seta’ jibda taħdidiet li eventwalment ghandhom iwasslu ghal sħubija mal-Unjoni Ewropea.