Petro Poroschenko ħa l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala l-President il-ġdid tal-Ukrajna, f’ċeremonja li saret is-Sibt filgħodu.
Ġranet qabel din l-attivita’ sar ħafna xogħol ta’ tindif fit-toroq ta’ Kiev wara li saritilhom ħafna ħsara matul il-protesti li seħħew fl-aħħar xhur.
Il-mistoqsija fuq fomm kullħadd hija jekk Poroshenko, jistax isalva l-Ukrajna mill-kriżi li tinsab fiha. Ħafna iqisu l-Poroshenko bħala wieħed li jista’ jerġa jġib il-paċi bejn il-Punent u l-Lvant tal-pajjiż.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Viċi President tal-Amerika Joe Biden u l-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy.
//= $special ?>

