Internazzjonali

5 miljun dollaru għal min jikxef ‘il-verita’

Qraba ta’ dawk li kienu fuq it-Titjira MH370 tal-Malaysian Airlines li fil-bidu ta’ Marzu għeb misterjożament qed jippruvaw jiġbru ħames miljun dollaru. Dan biex jingħataw lil dawk li jagħtu l-informazzjoni li twassal biex jinstab l-ajruplan.

Ħafna mill-familji ta’ dawk li kienu abbord issa huma tal-fehma li l-verita qed tinħeba u qed jittamaw li l-flus isservu biex xi ħadd jixkef x’verament ġara.

Minkejja tfitxijiet intensivi, minnu ma nstab assoltuament xejn. Is-suspetti huma li l-ajruplan iġġarraf x’imkien fl-Oċean Indjan imma għaliex u eżattament fejn għadu misteru.

Issa se ssir tfitxija f’zona ta’ 60,000 kilometru kwadru qrib fejn sar l-aħħar kuntatt bejn l-ajruplan ma’ satellita. Apparti minn hekk qed isir analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li nġabret tal-każ u r-riżultat għandu jinħareġ fil-ġimgħa li ġejjin.