Jidher li l-eks Prim Ministru Libjan Ali Zeidan qed jistkenn f’Malta u qed jgħix f’appartament fix-Xemxija u qed ikollu sigurta qawwija miegħu 24 siegħa kuljum ipprovduta mis-servizzi sigrieti b’pulizija pajzana.
Dan kontra dak li kien qal il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-11 ta’ Marzu li għadda Joseph Muscat kien ikkonferma li l-waqfa ta’ Zeidan f’pajjiżna ma kienet xejn għajr għal ftit ħin sakemm l-ajruplan privat li kien qed jivjagga fuqu, jingħata l-fjuwil u jibqa’ jtir lejn pajjiż ieħor. Għalkemm il-Prim Ministru Muscat ma kienx semma l-ebda pajjiż, kienet ingħatat l-impressjoni li Zeidan mar il-Ġermanja, pajjiż fejn Zeidan qatta’ madwar 20 sena jgħix fih.
Dan l-istazzjon hu infurmat li xi nies dan l-aħħar raw lil Zeidan, li kien tilef vot ta’ fiduċja fil-Parlament Libjan fi Tripli, jiekol f’ristorant fil-Mellieħa.
Team ta’ Net News il-Ħadd għal ħabta ta’ nofsinhar kien fix-Xemxija fejn iffilmja l-membri tas-sigurta li kienu għassa fid-daħla tal-appartament fit-tielet sular ta’ Blokka A tal-kumpless residenzjali L-Ambient fix-Xemxija.
Malli raw lil crew ta’ Net News, il-membri tas-servizzi siġrieti bdew iċemplu lis-superjuri tagħhom u jinfurmawhom bil-preżenza tagħna.
Huma kienu erba’ b’kollox u kellhom żewg karozzi Peugeot bin-numri FQZ 016 u IQZ 152. Huma anke dehru jitilqu b’veloċita` qawwija mill-post u wara ftit jerġgħu lura quddiem il-daħla tal-blokka ta’ appartamenti.
Dan l-istazzjon għandu informazzjoni li Ali Zeidan għal ewwel li beda jgħix f’Malta bil-moħbi tal-poplu Malti u bil-barka tal-Gvern kien jgħix f’appartament f’Tas-Sliema. Imma jidher li xi nies kienu għarfuh u għalhekk bidel il-post u mar joqgħod f’dan l-appartament fix-Xemxija.
Ali Zeidan, li ma kellux permess iħalli art twelidu, fil-fatt ħalla l-Libja fil-11 ta’ Marzu u l-ajruplan waqaf Malta għal ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, skont il-Prim Ministru Joseph Muscat, biex jagħmel refuelling. Hu mifhum li Zeidan qed ikun investigat b’rabta ma’ irregolaritajiet finanzjarji.
Kien il-Prosekutur tal-Istat Libjan li kien qal li Zeidan mhux suppost siefer barra ‘l pajjiż għax hu qed jaffaċċja akkuzi finanzjarji serji.
Dan l-istazzjoni bagħat anke numru ta’ mistoqsijiet lill-Ufficcju tal-Informazzjoni tal-Gvern biex jikkonferma din l-aħbar, iżda l-Gvern qed jiċħad kategorikament il-preżenza tal-eks Prim Ministru Libjan. Il-kelliem għall-Gvern Kurt Farrugia sostna li hu stat ta’ fatt li Ali Zeidan mhux qed jgħix f’Malta u żied li kieku kien minnu, il-Gvern ma kienx jiċħad.
Rapporti fil-media qalu li nhar il-Hadd li ghadda ghal habta tas-siegha u kwart ta’ wara nofsinhar, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri deher jitlaq mill-appartament fejn hemm jghix Ali Zeidan.
Ghalhekk il-mistoqsija li qed jistaqsi l-poplu Malti hi, ma min qed issir din is-sigurta’ kollha mhallsa minn flus il-poplu? U ma min iltaqa’ ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru?
//= $special ?>