Sliema Aquatic Sports Club ħatru l-eks Champion tad-Dinja u rebbieħ ta’ żewġ midalji tad-deheb fl-Olimpjadi, Rajmund Fodor, bħala Head Coach tan-Nursery tal-klabb.
L-Ungeriż wasal Malta fil-bidu ta’ Ġunju, biex ikompli jibni fuq ix-xogħol siewi li għamel il-kompatrijott tiegħu Erik Valter matul ix-Xitwa.
Il-waterpolo Malti bħalissa għaddej minn vena tajba, speċjalment wara r-riżultati eċċellenti miksuba mit-timijiet Nazzjonali tal-kbar kif ukoll taż-żgħar f’kompetizzjonijiet internazzjonali.
Il-klabb tas-Sliema għadu kif fetaħ ir-reġistrazzjonijiet għan-Nursery tal-għawm kif ukoll tal-Waterpolo. Dawk interessati għandhomjikkuntattjaw lil darren@sliema-asc.org.mt
//= $special ?>

