Lokali

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil żar l-għaxar edizzjoni tal-maratona Puttinu Cares

Il-Kap tal-Oppozizzjoni u Kap tal-PN Simon Busuttil żar l-għaxar edizzjoni tal-maratona Puttinu Cares fil-grawnds tal-Marsa.

Akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar, Simon Busuttil iltaqa’ ma’ diversi voluntieri kif ukoll ma’ persuni li kienu qed jieħdu ħsieb numru ta’ stands.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni ngħata tagħrif dwar ħidmet Puttinu Cares mill-Assistent Tezorier tal-organizzazzjoni Malcolm Custo’ u apprezza wkoll wirja zgħira dwar edizzjonijiet tal-passat ta’ din il-maratona.

F’intervent partikulari, il-Kap tal-Oppozizzjoni apprezza l-ġesti tan-nies għax bl-inizjattivi żgħar tagħhom qed ikunu solidali ma’ min hu vulnerabbli.

Simon Busuttil qal li meta wieħed juri solidarjeta’ ma’ xi ħadd, it-tajjeb jittieħed u l-eżempju jkaxkar. Hu appella lill-pubbliku biex ikun ġeneruz mal-proxxmu u jgħin lil min jinsab f’sitwazzjoni diffiċli.