Lokali

Il-Partiti Nazzjonalista se jibdel il-politka tiegħu dwar id-djalogi ta’ nhar ta’ Ħadd

Waqt l-għeluq tal-konferenza nazzjonali dwar l-isports organizzata min Tim Sport Pn, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, qal li wasal iż-żmien li l-partit jibdel il-mod ta kif jagħmel il-politka tiegħu, b mod partikolari dwar il-laqat fil-kazini tal-partit kull nhar ta Ħadd filgħodu.

Hu qal li minflok il-laqgħat tad-djalogi, hu se jibda żgur diversi attivitajiet li jkunu qed isiru fil-lokaltajiet differenti kull nhar tal-Ħadd filghodu, bhal ma huma attivitajiet sportivi, biex jiltaqgħa man-nies.

Dwar l-isports hu qal li dan għandu jsir parti min ħajjitna u hu stess jiprattika l-isports. Hu qal li l hu bħala Kap tal-Oppożizzjoni, ħa jippreżenta ‘Privat members bill’ fil-parlament nhar it-tnejn, dwar kif nistgħu niġġildu l-obeżita.

Simon busuttil feraħ lil Tim Sport Pn, ta’ tlett ijiem attivitajiet li kienu organizzati , fil-kumpless sportiv tal-Kottonera.  

Sa dan it-tant dalgħodu saru numru ta’ attivitajiet sportivi fosthom gymnastika, table tennis, badminton, karate, u special olympics.

Attendew ukolll il-Viċi Kap tal-Partit Beppe Fenech Adami, kif ukoll numru kbir ta’ sportivi magħrufin, li taw il-messaġġ tagħhom lill-atleti żgħażagħ u tfal u lil numru kbir ta nies li attendew.

Fost dawn kien hemm, Mario Bonello, Laurie Pace, Maria Mifsud Bonnici, Maria Coppola, u William Chetcuti.

Tim Sport PN