Il-Ħadd filgħaxija għall-ewwel darba il-ġonna tal-Vatikan kienu ċ-ċentru ta’ ġabra ta’ talb għal paċi bejn il-Papa Frangisku, il-President Izraeljan Shimon Peres u l-Mexxej Palestinjan Mahmoud Abbas.
Din kienet stedina li l-Papa Frangisku wassal direttament liż-żewġ mexxejja waqt żjara li hu għamel fl-Art Imqaddsa f’Mejju li għadda bil-għan li tergġa titqajjem il-viżjoni ta’ paċi fil-Lvant Nofsani. Il-laqgħa bejn Peres u Abbas se tkun l-ewwel waħda bejnietom f’aktar minn sena.
Wara mumenti ta’ talb u diskorsi qosra, it-tlett mexxejja huma mistennija jħawwlu siġra taż-żebbug b’sinjal ta’ paċi.
U il-Knisja f’Malta fakkret dan permezz ta talb għall-paċi waqt iċ-ċelebrazzjoni Djocesana tal-Vgili tal-Pentekoste is-Sibt filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re Raħal Ġdid u li tmexxiet mill-Arcisqof Pawlu Cremona.
Matul il-ġimgħa saru wkoll adorazzjonijiet f’diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex.
//= $special ?>