L-eks kap tal-militar Eġizzjan, Abdul Fattah al-Sisi, ilbieraħ ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-President ġdid tal-Eġittu. Dan wara li kiseb rebħa kbira fl-elezzjoni li saret f’Mejju.
Madwar il-Kajr kien hemm sigurta kbira matul iċ-ċerimonja fil-Qorti Kostituzzjonali.
Fl-elezzjoni Sisi, li għandu 59 sena, rebaħ 96.9 fil-mija tal-voti.
Sisi wiret pajjiż maqsum u għajjin mill-protesti u vjolenza. Osservaturi qed iwissu li jekk l-affarijiet fil-pajjiż jibqgħu stagnati, hu qed jissogra li jħabbat wiċċu ma’ protesti kbar ukoll.
//= $special ?>

