Lokali

Qabda ta’ 18-il kilo droga f’Marsaxlokk

F’operazzjoni li għamlet il-Pulizija kmieni dalgħodu ġew maqbuda madwar tmintax-il kilogramma sustanza suspettata reżina tal-kannabis.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti minn dawk tar-RIU għamlu raid fuq bastiment tas-sajd li kien għadu kif daħal lura fil-port ta’ Marsaxlokk.

B’konessjoni ma’ din is-sejba, il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest żewġ irġiel Maltin, wieħed ta’ 30 sena residenti l-Birgu u iehor ta’ 37 sena residenti x-Xgħajra.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-persuni mistennija li jitressaqu l-Qorti fis-siegħat li ġejjien. L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.