Lokali

Sewwieq jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Raġel ta’ 39 minn San Giljan tilef ħajtu traġikament għall-ħabta tas-18:00pm meta kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Garibaldi fid-direzzjoni tal-Marsa.

Jidher li r-raġel kien qed isuq Mitsubishi Pajero li kienet involuta f’ħabta ma’ karozza Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 65 sena mis-Siġġiewi.Bl-impatt, il-Mitsubishi Pajero baqgħet dieħla f’ħajt bis-sewwieq jidher li miet mad-daqqa.

Fil-post marru l-membri tal-Protezzjoni Civili u ambulanza, imma jidher li s-sewwieq laħaq miet.
Marru wkoll Pulizija mid-Distrett u anke Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku li kkontrollaw it-traffiku.

Il-Magistrat tal-Għassa ordna inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.

incident miet