Lokali

Aġġornata: Bastiment irreġistrat il-Liberja jieħu n-nar fil-Baċir Numru Sitta

Bastiment irreġistrat il-Liberja ħa n-nar fil-Baċir Numru Sitta tat-Tarzna. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.45pm, meta jirriżulta li n-nar oriġina minn vettura li kienet abbord il-bastiment, li jismu Cape Tavor.

Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta li ħadd ma weġġa’ fl-inċident, abbord il-bastiment li jġorr il-merkanzija. Il-bastiment hu twil ftit anqas minn 300 metru u kawża ta’ dawn in-nirien, daħna sewda kbira dehret minn diversi partijiet madwar Malta.

Fil-post marru membri mill-Korp tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li kkontrollaw in-nirien u għal kwalunkwe eventwalità oħra.