Għawdex Kurżitajiet Lokali

Filmat: Sajda ‘l barra mill-kosta Għawdxija jwassal lil grupp ta’ sajjieda għal esperjenza unika

Sajda għal grupp ta’ sajjieda ‘il barra mill-kosta Għawdxija wasslet għal dehra mhux tas-soltu. Dan hekk kif is-sajjieda ltaqgħu ma’ blue shark twil aktar minn tliet metri.

Il-filmat jitkellem waħdu u jispjega l-avventura mhux tas-soltu li s-sajjieda esperjenzaw, bix-xark jgħaddi għal numru ta’ drabi minn viċin ħafna tad-dgħajsa … saħansitra madwar pied ‘il bogħod.

Huma ħadu l-okkażjoni wkoll li jitimgħuh b’xi ħut minn dawk li kienu għadhom kif qabdu waqt is-sajda tagħhom.

(Ritratt u filmat: Roland Vella mill-profili tiegħu fuq Facebook u YouTube)