It-tfal fl-iskola primarja tal-Belt qed jibbenefikaw minn progett ta’ teknologija fl-iskola taghhom fuq inizjattiva tal-Fondazzjoni Save a Life.
Din il-Fondazzjoni, li permezz taghha d-Deputat Nazzjonalista Claudo Grech qed iwettaq progetti socjali fil-komunita’, investiet 14,000 ewro biex fl-iskola primarja tal-belt saret klassi mghammra b’facilitajiet ta’ teknologija tal-informazzjoni bl-iskop li tkabbar il-hiliet ta’ dawn l-istudenti u jkun zviluppat iktar il-potenzjal taghhom.
Din il-klassi kienet inawgurata mill-President ta’ Malta Marie Lousie Coleiro Preca li faħħret l-inizjattiva tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u qalet li din hi inizjattiva li taqbel mal-istrateġija li qed titwettaq fl-edukazzjoni u li permezz tagħha jrid ikun assigurat li l-istudenti kollha joħorgu l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom.
Marie Louise Coleiro Preca sostniet li dan il-proġett hu eżempju ċar ta’ sħubija bejn is-settur privat u dak pubbliku, fejn Fondazzjoni privata qed tingħaqad ma’ skola tal-Gvern biex jitwettaq proġett fil-komunita’.
Id-Deputat Claudio Grech qal li dan hu progett li qed joffri edukazzjoni inklussiva lill-istudenti ta’ din l-iskola biex dawn ikollhom l-aqwa għodod fl-iżvilupp tal-edukazzjoni u l-ħiliet tagħhom. Fl-iskola primarja ta’ Sant’Iermu fil-Belt jattendu 174 tifel u tifla u l-progġett kien imndiedi b’konsultazzjoni sħiħa mal-għalliema u l-LSA’s tal-iskola.
Il-Fondazzjoni pprovidiet ipads għal kull tifel u tifla li jużaw il-klassi u ttrasformat il-klassi minn wahda tradizzjonali ghal wahda moderna, kulurita u mghammra bl-ahhar sistemi tal-IT.
Dawn jinkludu dwal addattati, video cameras, facitalitajiet għal digġital recording u editing u miżuri ta’ sigurta’ għat-tfal.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Greech tkellem dwar il-ħidma li qed twettaq il-Fondazzjoni Save a Life, li l-finanzjament ewlieni tagħha ġej mill-onorarja parlamentari tiegħu stess.
Minbarra dan il-progett, il-Fonadazzjoni Save a Life diga’ wettqet diversi proġetti oħra fil-komunita’ li minnhom qed igawdu għaqdiet sportivi, każini tal-baned u soċjetajiet ohħrajn li jaħdmu fil-qasam socjali.
//= $special ?>

