Ekonomija

L-offerta ta’ mitt miljun ewro stocks li ħareg il-Gvern daħlet talba li tammonta għal 322 miljun

Id-Dipartiment tat-Teżor ħabbar li għall-offerta ta’ mitt miljun ewro stocks li ħareg il-Gvern daħlet talba li tammonta għal 322 miljun.

B’kollox, sad-data tal-għeluq, it-Tezor kien irċieva total ta’ 5,289 applikazzjoni mingħand il-pubbliku u l-istituzzjonijiet finanzjarji. It-Teżor kien irriserva d-dritt li jżid l-istock bi 80 miljun ewro oħra f’każ ta’ domanda qawwija mill-pubbliku.

L-Istocks kienu maqsumin f’żewġ offerti, stock tal-Gvern li jimmatura fis-sena 2033 b’imgħax ta’ 4.3% u stock li jagħlaq fl-2018 b’rata ta’ imgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur. Il-Gvern ħabbar li l-applikazzjonijiet tal-pubbliku li kienu jammontaw għal ftit aktar minn 150 miljun ewro u nofs, intlaqgħu kollha, waqt li l-kumplament, 29 miljun u tliet mitt elf ewro huma applikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji li saru bl-irkan