Lokali

Logħob ta’ bowling b’xejn għat-tfal tul is-sajf kollu

L-Eden Super Bowl illum nediet inizjattiva ta’ logħob ta’ bowling b’xejn għat-tfal tul is-sajf kollu.

Mill-1 ta’ Lulju li ġej tul is-sajf kollu t-tfal kollha bejn il-ħames snin u s-16-il sena se jkunu jistgħu jilagħbu żewġ logħbiet bowling kuljum b’xejn.

Din l-inizjattvia tnediet ms-Segretarju Parlamentari tal-Isport Chris Agius li tkellem dwar l-importanza ta’ inizjattivi sportivi bħal dawn li jsaħħu l-valuri fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Din l-inizjattvia qed issir ukoll bħala parti mill-kampanja kontra l-obeżita’ fit-tfal u ż-żgħażagħ u biex tonkoraggixxi lit-tfal jibqgħu attivi u jieklu ikel san.

Eden Super Bowl huma impenjati wkoll biex din l-attivita’ sservi bħala mezz kif it-tfal u ż-żgħażagħ ibiddlu l-istil ta’ ħajja tagħhom u jagħżlu stil ta’ ħajja pożittiv u ta’ benefiċċju għalihom. Raġuni ewlenija wara din l-inizjattiva hu l-fatt li l-istatistika turi li 34 fil-mija tat-tfal Maltin huma klassifikati bħala obeżi jew li għandhom piż żejjed.