Lokali

Mara tammetti theddid fuq uffiċjal pubbliku

Giovanna Antida Muscat, ta’ 48 sena minn San Ġwann ingħatat sentenza sospiża wara li ammettiet li wettqet theddid fil-konfront ta’ uffiċjal pubbliku. L-Ispettur Luke Bonello qal fil-Qorti li Muscat kellha kliem ta’ theddid fuq uffiċjal pubbliku li hija mara/

L-inċident seħħ f’Ottubru li għadda. Il-Maġistrat Doreen Clarke fis-sentenza tagħha nnutat il-fatt li Muscat ikkoperat bis-sħiħ mal-Pulizija waqt l-investigazzjoni u anke ammettiet kmieni fil-proċeduri u li għandha kondotta nadifa.

Muscat ġiet kundannata ħames xhur ħabs u mmultata is-somma ta’ €800. Sar ftehim biex il-multa titħallas kull xahar mix-xahar id-dieħel. Il-Qorti poġġiet ukoll lill-vittma taħt ordni ta’ protezzjoni.