Residenza fi Triq il-Kavallieri ta’ Malta f’Marsascala għal xi raġuni ħadet in-nar għall-ħabta ta’ 21:15pm.
Jidher li n-nar beda mill-kċina
In-nar ġie kkontrollat mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dan filwaqt li r-residenti ġew evakwati mill-appartament bħala prekawzjoni.
Fuq il-post waslet ukoll l-ambulanza biex tassisti lill-persuni f’każ ta’ bżonn.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Aktar dettalji malli jaslulna.
//= $special ?>